Haz-Zabbar ; Malta ( Citta' Hompesch )

About Zabbar & Feast ( Our Lady Of Graces ); Festa ta' Madonna Tal-Grazzja

AVVIZI TA' FESTA

Il-Ħadd
6 ta’ Settembru

  • Illum qed issir il-ġabra speċjali tal-Festa.  Tajjeb li niftakru li l-ispiża tal-festa taqbeż €25,000.  Ta’ min jinnota li sa issa waslu biss madwar 200 envelope minn 5200 envelope li tqassmu.  Għalhekk nitolbukom li tkunu ġenerużi fl-offerti tagħna.
  • Infakkru li fid-10.00a.m. se jibda l-pellegrinaġġ tar-roti għat-tfal minn quddiem il-knisja ta’ San Ġakbu fix-Xgħajra.  Importanti li jieħdu sehem tfal biss taħt t-12-il sena.
  • Tifkira ta’ l-Inkurunazzjoni tal-Madonna. Fil-5.00pm jibda r–rużarju bil-kurunella u fil-5.30p.m. ssir konċelebrazzjoni solenni bil-priedka minn Mons. Laurence Mifsud.
  •  Illum qed issir Open-day fil-Museum tas-Santwarju.  Fid-9.30am,10.30am u 11.30am se jkun hemm gwidi li jmexxu dawriet mal-Mużew. Din is-sena fil-mużew qed tittella wirja dwar il-qniepen ta’ l-Ave Marija. Kulħadd hu mistieden biex iżur l-mużew.

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa

  • Titkompla n-novena.
  • Infakkru li fit-8.30a.m. ssir n-novena għat-tfal, għalhekk inħeġġu lit-tfal biex jieħdu sehem f’din in-novena.
  • Fis-6.00p.m. ssir ċelebrazzjoni tan-novena li din s-sena se ssir minn Dun Antoine Borg.

It-Tnejn
7 ta’ Settembru

Jum l-għaqdiet u l-lajċi mpenjati.

  • Mistienda speċjali membri ta’ l-għaqdiet u helpers.

It-Tlieta
8 ta’ Settembru

Jum iż-Żoni.

  • Il-quddiesa tkun bis-sehem ta’ gruppi u persuni attivi fil-ħames żoni tal-parroċċa.
  • Taħbat wkoll il-festa tat-twelid ta’ Ommna Marija – Marija Bambina.  Il-quddies ikun bħal fost il-Ġimgħa iżda fid-9.00a.m. se ssir quddiesa fil-kappella ta’ Marija Bambina biex tiġi iċċelebratha din il-festa.

L-Erbgħa
9 ta’ Settembru

Jum il-Tfal.

  • It-tfal huma meħeġġa li jinġabru quddiem l-istatwa tal-Madonna fil-Venda fil-5.30p.m.  biex flimkien jimxu sas-Santwarju fejn jieħdu sehem fil-quddiesa tas-6.00p.m. li se tkun animata mit-tfal u l-katesisti tagħhom. 
  • Wara għal ħabta tas-7.00p.m. se ssir lejla ta’ Sports għat-tfal fil-Mużew tas-Subien li jinsab f’main street.  Din l-attivita’ qed tkun organizzata mill-kummissjoni tat-tfal.

Il-Ħamis
10 ta’ Settembru

Jum il-Familja.

  • Fl-4.30pm jibda pellegrinaġġ bit-trabi minn Pjazza Medjatriċi għas-Santwarju fejn issir il-preżentazzjoni tat-trabi lill-Madonna tal-Grazzja.
  • Għall-quddiesa tas-6.00pm huma mistiedna speċjali dawk il-miżżewġin li qed jiċċelebraw il-25 u l-50 sena miż-żwieġ tagħhom, il-gruppi tal-Grufan, kif ukoll il-miżżewġin ġodda u l-familji li ġew joqogħdu fil-parroċċa tagħna.

Il-Ġimgħa
11 ta’ Settembru

Jum is-Saċerdoti u r-reliġjużi.

  • Se ssir quddiesa għall-morda, anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali fid-9.30am.  Fiha se jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-Morda. Min għandu bżonn it-trasport huwa mitlub iħalli ismu fis-sagristija sa l-Erbgħa 9 ta’ Settembru. Dawk li jistgħu jgħinuna fit-trasport tal-morda huma mitluba li dakinhar ikunu ħdejn iz-zuntier tal-knisja fit-8.00am.
  • Minħabba din l-quddiesa, il-quddies tat-8.30a.m. se ssir fit-8.00a.m
  • Filgħaxija mbagħad ikollna l-aħħar Salve.  Il-mistiedna speċjali fil-quddies ta’ filgħaxija huma saċerdoti u reliġjużi żabbarin u saċerdoti li taw is-servizz tagħhom fil-parroċċa tagħna.

Is-Sibt 12 ta’ Settembru

Lejlet il-Festa.

  • Fit-8.00am tibda konċelebrazzjoni, li fiha jiġi kantat l-innu ta’ radd il-ħajr lil Alla it-

     ‘Te Deum’. 

  • Fl-10.15a.m. isir it-tberik tal-baned fuq iż-żuntier tas-Satnwarju qabel ma jibdew il-marċi ta’ filgħodu.
  • Fil-5.00pm ikun hawn quddiesa. Inħeġġu liċ-ċiklisti kollha li bi ħsiebhom jieħdu sehem fil-pellegrinaġġ tar-roti u l-muturi biex jieħdu sehem f’din il-quddiesa.
  • Fis-6.15pm tibda t-translazzjoni solenni bir-relikwa mill-Kappella tal-Lunzjata għas-Santwarju. Din titmexxa mis-saċerdot novel Fr Keith Scicluna.
  • Fit-8.00pm tibda quddiesa bis-sehem tal-Komunitajiet Neo-Katekumenali tal-Parroċċa. 

Il-Ħadd 13 ta’ Settembru

Jum il-Festa

  • Fis-6.00, 7.15 u 8.30am ikunu quddies ta’ jum il-festa.
  • Fid-9.30am tibda konċelebrazzjoni solenni preseduta mis-saċerdot novel Fr Keith Scicluna;  jinseġ il-paniġierku Dun Karm Attard biblista.
  • Fl-11.45am tibda quddiesa oħra ta’ Jum il-Festa.
  • Fl-9.45a.m. jitlaq il-perlleġrinaġġ tar-Roti mir-Rabat u tal-Muturi mill-Mosta.  Il-kumitat javża li kull min jieħu sehem irid ikun liebes kif jixraq u jikkopera mal-Kumitat.  Dawk kollha li jieħdu sehem bil-muturi iridu jilbsu il-‘crash helmet’.  Tfal b’muturi żgħar, roti bil-mutur, karozzi u trakkijiet mhumiex permessi jieħdu sehem waqt il-pellegrinaġġ.  M’għandhomx jiġu wżati bombli tal-gas u lanqas bnadar u flokkijiet ta’ xi każin. Ir-roti ma għandux ikollhom foot rest..  Dan biex jitnaqqas ir-riskju ta’ xi periklu waqt il-pellegrinaġġ.
  • Il-kumitat jitlob lill-voluntiera tat-trakkijiet u l-buses li jtellgħu lir-roti u liċ-ċilisti sar-Rabat biex ikunu fl-Labour Road fit-7.45a.m.
  • Fin-12.30pm jasal il-pellegrinaġġ tar-Roti u l-Muturi ħdejn is-Santwarju.
  • Fil-5.00pm Quddiesa ta’ Jum il-Festa.
  • Fis-6.15pm Ċelebrazzjoni Solenni tas-Sekondi Vespri,
  • Fis-7.00pm tibda l-purċissjoni bl-istatwa artistika tal-Madonna tal-Grazzja li titmexxa mis-saċerdot novell Fr Keith Scicluna. Fl-ewwel parti tal-purċissjoni se jiġi reċitat ir-Rużarju Mqaddes

Welcome

Recent Videos

Recent Photos